Thursday, December 26, 2024

Il-Kolombja tapprova regolamenti ġodda dwar l-enerġija rinovabbli 

Aqra wkoll

Il-Kolombja approvat regolamenti ġodda li jinkoraġġixxu lil komunitajiet lokali u gruppi indiġeni sabiex jipproduċu enerġija rinnovabbli.

Permezz ta’ dawn ir-regolamenti, il-pajjiż se jkun qiegħed jippermetti lill-komunitajiet sabiex jiffurmaw proġetti ta’ enerġija rinnovabbli u jiżviluppaw impriżi konġunti ma’ kumpaniji privati ​​jew mas-settur pubbliku.  

Il-President Kolombjan, Gustavo Petro wiegħed li se jagħmel mill-aħjar li jista’ sabiex ibiegħed lill-Kolombja mill-produzzjoni taż-żejt u l-faħam u li se jersaq viċin tas-sorsi rinnovabbli bħax-xemx u r-riħ.

Il-midja internazzjonali irrappurtat li madwar 70% tal-enerġija tal-pajjiż, ġejja minn proġetti idroelettriċi, b’inqas minn 1% ġejjin minn sorsi rinnovabbli oħra. Dan filwaqt li, l-ogħla esportazzjonijiet tagħha huma ż-żejt u l-faħam.

Sa mill-2019, fil-pajjiż tħabbru mal-50 proġett, possibilment li jiffukaw fuq ir-riħ u l-enerġija solari, bil-għan li jkun hemm 2.43 GW fl-enerġija mir-riħ u 0.1 GW li jkunu ġejjin mix-xemx. 

Ekonomija

Sport