Saturday, May 4, 2024

Il-Komunità Ahmadiyya Musulmana żżur lill-anzjani f’San Vinċenz De Paul

Aqra wkoll

F’dawn il-ġranet tal-festi, meta ħafna nies huma okkupati b’ħafna affarijiet fosthom fix-xiri tal-ħwejjeġ u r-rigali, il-Komunità Ahmadiyya Musulmana ħasbet fl-anzjani biex jestendu l-isbaħ xewqat, awguri tagħhom u ħampers tal-festi lir-residenti ta’ San Vinċenz De Paul, faċilità ta’ kura fit-tul. B’dan l-għan, l-Imam Laiq Ahmed Atif u l-Komunità Ahmadiyya Musulmana li dejjem jemmnu, jippromwovu u jipprattikaw il-motto tagħhom, “Imħabba għal Kulħadd, Mibegħda għal Ħadd”, żaru San Vinċenz De Paul, iltaqgħu mar-residenti u ppreżentawlhom ħampers tal-festi u awgurawlhom il-festi t-tajba.

Il-membri tal-istaff laqgħu l-ġest tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana Ahmadiyya u infurmawhom dwar is-servizzi li qed jiġu offruti lir-residenti.

F’din l-okkażjoni, l-Imam Atif qal li l-anjani huma parti integrali tas-soċjetà, huma l-ġenituri tagħna, għalhekk, huwa importanti li nieħdu ħsiebhom, kif kienu jieħdu ħsiebna meta konna tfal. Huma dejjem kienu spalla effettiva għalina f’mumenti tal-isfidi. Għalhekk, tassew jistħoqqilhom li nieħdu ħsiebhom tajjeb ħafna, u nkunu grati lejhom, għax “min ma jiżżix ħajr lin-nies, lanqas ma jiżżi ħajr lil Alla”.

Barra minn hekk, huwa importanti immens li regolarment niltaqgħu mal-ġenituri u l-anzjani tagħna, inqattgħu ħin fil-kumpanija ta’ xulxin, ngħidulhom ftit kliem ħanin u sabiħ, nagħtuhom xi massaġġi, u nuruhom l-imħabba u l-mogħdrija. Għax, ‘fejn tħobb il-qalb jimxu r-riġlejn’. Tabilħaqq, dan huwa mod meraviljuż biex nagħmlu dawn il-festi verament memorabbli, pjaċevoli u sodisfatti, għalina, għall-familji tagħna u għal-għeżież tagħna.

Sport