Thursday, November 14, 2024

Il-komunità Ukrena f’Malta bi protesta paċifika quddiem l-Ambaxxata Russa

Aqra wkoll

Il-komuntà Ukrena f’Malta llum wara nofsinhar għamlet protesta paċifika quddiem l-Ambaxxata Russa u waħlet strixxun bil-kliem “Jum il-Mistħija Russa” mal-grada ta’ din l-ambaxxata. 

Din seħħet proprju lejliet il-festa Russa li tiċċelebra r-rebħa tal-Unjoni Sovjetika fuq il-Ġermanja fit-Tieni Gwerra Dinjija.

Fi kliem il-komunità Ukrena, din il-festa għandha tissemma l-Jum tal-Mistħija għar-Russi.

Għal din il-protesta paċifiika pparteċipaw bosta tfal, żgħażagħ u adulti Ukreni fejn hawnhekk kellhom l-opportunità li jitkellmu dwar l-esperjenza tagħhom u kif pajjiżhom qed jinbidel ma’ kull jum li jgħaddi.

Sandro Zammit, rappreżentant għall-komunità Ukrena, qal li r-Russja triq teqred lill-Ukreni u li l-atroċitajiet fl-Ewropa jistgħu jitqiesu bħal dawk li kienu twettqu mill-Ġermanja mmexxija min-Nażisti.

Ekonomija

Sport