Monday, April 28, 2025

Il-Konklavi li se jwasslu għall-elezzjoni tal-Papa l-ġdid se jibdew nhar l-Erbgħa 7 ta’ Mejju 

Aqra wkoll

Is-Santa Sede għadha kemm ħabbret li l-Konklavi li se jwasslu għall-elezzjoni tal-Papa l-ġdid se jibdew nhar l-Erbgħa 7 ta’ Mejju fil-Kappella Sistina tal-Vatikan.

Inżommu fit-talb tagħna lill-Kardinali kollha li se jieħdu sehem fil-Konklavi sabiex bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu jagħżlu ragħaj qaddis li jkun jogħġob lill-Mulej u li jmexxi l-poplu ta’ Alla miġbur fil-Knisja fil-ħajja t-tajba filwaqt li jdawlilna moħħna bil-ferħ u l-verità tal-Evanġelju.

Xieraq li nkomplu nżommu wkoll fit-talb tagħna lir-ruħ tal-Papa Franġisku sabiex il‑Mulej ma jdumx ma jilqgħu fi ħdanu u jagħtih il‑milja tal‑paċi, tal‑imħabba u tal‑ferħ miegħu fis‑sema.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport