Saturday, November 16, 2024

“Il-kontenituri qed jinġabru mill-magni fuq bażi kontinwa”

Aktar minn 150,000 kontenitur miġbura fl-ewwel 48 siegħa tal-iskema

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-ewwel jumejn mit-tnedija tal-iskema ta’ Rifużjoni tal-Kontenituri tax-Xorb ġew depożitati b’suċċess f’Reverse Vending Machines ’il fuq minn 150,000 kontenutur.

Dan il-ġurnal tkellem mal-Inġinier u Kap Eżekuttiv ta’ BCRS Malta Ltd Edward Chetcuti li qalilna li bħala l-operaturi liċenzjati tal-iskema jinnotaw b’sodisfazzjon ir-rata ta’ parteċipazzjoni u l-entużjażmu li bih l-pubbliku kkonkorra għal din l-iskema ambjentali.

Lil Chetcuti staqsejnih rigward ritratti ta’ magni out of order li qed jispiċċaw jiċċirkolaw fil-midja fl-aħħar sigħat b’uħud jirredikolaw l-iskema u li mhix waħda li tlaħħaq mal-istandard li għandu jkun hemm. Huwa wieġeb li l-kontenituri qed jinġabru mill-magni fuq bażi kontinwa u jinbagħtu lejn il-Clearing Centre biex jitqassam skont il-materjal u jkun riċiklat.

Huwa saħaq li BCRS Malta qiegħda timmoniterja s-sitwazzjoni kontinwament u għandha timijiet ta’ rispons tekniku li qed jaħdem, jinvestiga u jsolvi kwalunkwe sitwazzjoni malajr kemm jista’ jkun biex jitnaqqas l-inkonvenjent.

Intant bħala operut ta’ din l-iskema BCRS qiegħda ġentilment tfakkar li wħud mill-ilmenti tal-pubbliku jistgħu faċilment jiġu eliminati fuq dawn il-pariri li ġejjin:

– Barcode irid ikun f’kundizzjoni li jista’ jinqara

– L-RVM taċċetta biss kontenituri tax-xorb li jintużaw darba biss irreġistrati mal-iskema – wieħed jista’ jsir jaf

liema kontenituri jagħmlu parti mill-iskema billi jdaħħal il-barcode hawn: https://bcrsmalta.mt/

– Il-kontenituri tax-xorb m’għandhomx jiġu mgħaffġa u idealment bit-tapp inkluż

– Wieħed jista’ jiddepożita sa 50 flixkun f’daqqa qabel ma jiġi mħeġġeġ biex jistampa biljett (50 flixkun =

€5.00 vawċer) – dan ifisser li m’għandekx bżonn tipprintja vawċer wara kull kontenitur depożitat.

– Id-depożitu rimborsabbli jista’ jingħata lill-MCCF direttament permezz tal-RVM

– Il-vawċers huma validi għal 12-il xahar u jistgħu jintużaw darba biss

– Il-vawċers jistgħu jinfdew mal-kont li jmiss tax-xiri tiegħek.

Ekonomija

Sport