Sunday, November 24, 2024

Il-kontribut tal-kaċċatur lejn il-kura tal-għasafar

Aqra wkoll

Kaċċaturi San Ubertu  ipparteċipaw fir-rilaxx fir-riserva tal-Għadira ta’ żewġ fjamingi. Wieħed li nstab fl-24 ta’ Awwissu minn membru tagħna kaċċatur li jmexxi is-sit Natura 2000 tal-Għadira s-Safra u l-ieħor minn kaċċatur ieħor. L-għasafar ingħataw lil E.P.U Environment Protection Unit (eks-ALE) li għaddewhom lil Birdlife Malta.
F’dan iz-zmien tas-sena saret haġa komuni li frieħ jinfirdu mill-qata waqt il-migrazzjoni. Minħabba nuqqas ta’ ambjent u ikel xieraq tali għasafar jiddependu mill-intervent tal-bniedem biex jissaħħew permezz ta’ riservi ta’ xaħam u jkomplu jimmigraw lejn l-Afrika. Kaċċaturi jew membri tal-pubbliku li jsibu tali għasafar għandhom javzaw lil Environment Protection Unit fuq in-numru 119 u jaghtu d-dettalji ta’ fejn instab, it-tip ta’ għasfur u jibqgħu fuq il-post sakemm jaslu l-pulizija. 
Kaċċaturi San Ubertu titlob l-kooperazzjoni ta’ kulħadd biex nassiguraw il-ħarsien tal-għasafar protetti kollha.

Sport