Monday, May 13, 2024

Il-kontroll tal-pandemija qed tikkawża ħsara kbira fl-oċeani

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Hekk kif id-dinja qiegħda tissielet biex tikkontrolla l-pandemija tal-Covid-19, aktar u aktar tagħmir protettiv qiegħed jispiċċa fil-baħar.

Skont il-Konservazzjoni tal-Oċeani hemm mal-129 biljun maskra u 65 biljun ingwanta li qed jispiċċaw fl-ambjent kull xahar.

Għaddasa u osservaturi qegħdin jiltaqgħu ma’ aktar materjal mormi fil-baħar u li qed jikkawża problemi fis-selvaġġ u materjal ieħor li qed jivvjaġġa f’wiċċ il-baħar u jiksi bajjiet madwar id-dinja.

Sport