Sunday, December 22, 2024

Il-Korea ta’ Fuq tirrapporta l-ewwel każ ta’ Covid-19

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat il-Korea ta’ Fuq ikkonfermat l-ewwel każ ta’ Covid-19 minn kemm ilha li bdiet il-pandemija u minħabba f’hekk ġiet dikjarata “emerġenza nazz­jonali severa”. Min-naħa tiegħu, il-mexxej Kim Jong Un wiegħed li se “jelimina” l-virus. 

Dan il-pajjiż qatt ma rrapporta każ ta’ Covid-19, u minn meta bdew jiġu rrapportati tal-ewwel każi fid-dinja, il-Korea ta’ Fuq daħħlet fis-seħħ għadd ta’ kontrolli stretti ħafna fil-fruntiera. Hekk kif sar magħruf l-ewwel każ, il-mexxejja tal-pajjiż – inkluż Kim Jong Un – għamlu laqgħa b’urġenza fejn iddiskutew din is-sitwazzjoni u qablu li jimplimentaw kontrolli stretti ħafna.

Fost in-numru ta’ miżuri imposti hemm li kull negozju u attività ta’ produzzjoni se tkun qiegħda tiġi organizzatata u taħdem b’tali mod li tkun “iżoltata għaliha” biex b’hekk ma jkunx hemm kuntatt u tixrid tal-virus. 

Ekonomija

Sport