Sunday, December 22, 2024

Il-Korea ta’ Fuq tispara iktar missili … waħda tinżel 60km bogħod mill-kosta tal-Korea t’Isfel

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat il-Korea ta’ Fuq sparat minn tal-inqas 17-il missila li spiċċaw fil-baħar, b’waħda partikolari tinżel biss 60 kilometru bogħod mill-kosta tal-Korea t’Isfel. Din kienet l-ewwel darba li missila ballistika mill-Korea t’Isfel niżlet daqstant qrib il-kosta ta’ Seoul kif ukoll dan kien l-ikbar numru ta’ missili li l-Korea ta’ Fuq qatt sparat f’jum wieħed mill-1945 ’il hawn. Il-President tal-Korea t’Isfel Yoon Suk-yeol qal li dan kien każ ta’ “invażjoni territorjali” u b’rispons għal dan il-Korea t’Isfel sparat ukoll xi missili.

Il-missila partikolari laqtet qrib il-kosta tal-Korea t’Isfel niżlet ’il barra mill-ibħra territorjali ta’ Seoul, iżda din niżlet fin-Nofsinhar ta’ dak mejqus bħala Northern Limit Line (NLL) li hija żona marittima fiċ-ċentru ta’ diżgwid bejn iż-żewġ Korej. Bħala risposta għal dan ajruplani tal-Korea t’Isfel sparaw missili mill-ajru fit-Tramuntana tal-NLL. Uffiċjali tal-Korea t’Isfel qalu li huma użaw missili ta’ preċiżjoni li huma magħmulhom mill-Istati Uniti. 

L-azzjoni tal-Korea t’Isfel saret hekk kif Yoon Suk-yeol wiegħed “rispons qawwi”. Huwa qal li dan kien każ ta’ provokazzjoni kbir fejn missili ġew sparati fiż-żona NLL għall-ewwel darba mill-1945. Meta kien mistoqsi dwar jekk din il-missila kinitx qiegħda ttir lejn it-territorju tagħhom u kellhiex tiġi interċettata hu qal li għall-eżattezza din il-missila ma niżlitx fit-territorju tal-Korea t’Isfel u għalhekk ma kinitx suġġetta li tiġi interċettata.  

Matul din is-sena l-Korea ta’ Fuq wettqet numru rekord ta’ testijiet fuq missili, u skont esperti mill-Korea t’Isfel u l-Istati Uniti kollox jindika li l-Korea ta’ Fuq qiegħda tagħmel preparazzjonijiet biex twettaq l-ewwel test fuq arma nukleari mill-2017 ’il hawn. 

It-Tramuntana u n-Nofsinhar tal-Korea għadhom teknikament fi stat ta’ gwerra hekk kif il-kunflitt tal-1950-53 waqaf fi ftehim ta’ waqfien mill-ġlied u mhux bi trattat ta’ paċi. 

Ekonomija

Sport