Il-Korea ta’ Fuq għadha kemm ittestjat arma oħra viċin il-kosta tal-Ġappun.
Aktarx ir-rokit li ġie sparat iktar kmieni dalgħodu kien missila b’kapaċitajiet nukleari.
Iktar kmieni din il-ġimgħa, il-Korea ta’ Fuq heddet li tieħu azzjoni militari deċiżiva kontra l-Ġappun.
Dan wara li l-Ġappun ħabbret żieda fl-infiq fuq id-difiża, hekk kif il-Gvern ta’ Tokyo ħass il-ħtieġa li jsaħħaħ l-armata wara snin twal ta’ investiment baxx f’dan is-settur.