Thursday, April 18, 2024

Ippubblikat ritratt taż-żewġt aħwa subien li allegatament inqatlu minn ommhom f’Londra

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat deher għall-ewwel darba ritratt taż-żewġt aħwa subien li allegatament inqatlu minn ommhom f’Londra l-ġimgħa li għaddiet.

Kara Alexander (44 sena), dehret il-Qorti l-Ħamis li għadda, akkużata bl-omiċidju ta’ Marley Thomas (ħames snin) u Elijah Thomas (sentejn) f’Dagenham.

Il-Qorti semgħet kif iż-żewġt aħwa subien allegatament ġew fgati jew mgħerrqa.

Il-Prosekutur Philip Evans qal li t-tfal dehru l-aħħar m’ommhom fil-15 ta’ Diċembru li għadda. Huwa kompla jgħid li l-misser — li x’aktarx jismu Selvin Thomas — ċempel 999 l-għada, 16 ta’ Diċembru. Meta daħal id-dar fejn kienu t-tfal, huwa ġie mgħarraf li t-tfal kienu fuq, reqdin. Però meta mar ħdejhom, huwa sabhom bla ħajja.

Fis-16 ta’ Diċembru, il-ġurnata li fiha kien hemm missier it-tfal preżenti d-dar, Alexander kienet miżmuma mill-Pulizjia fi ġnien fil-akkwati tad-dar.

Smigħ ieħor dwar dan il-każ għandu jsir fid-9 ta’ Marzu li ġej.

Ekonomija

Sport