Fiż-żmien li għadda, ir-rati tat-twelid fil-Korea t’Isfel kienu qegħdin jonqsu drastikament. Minkejja dan, kontra dak mistenni, il-Korea t’Isfel fl-aħħar qed ikollha aktar trabi. In-numri ilhom jiżdiedu bil-mod għal aktar minn sena – aħbar tajba u rari għal gvern li nefaq biljuni ta’ dollari għal aktar minn għaxar snin iħeġġeġ lin-nies biex jagħmlu dan.
Madankollu, jekk din is-sitwazzjoni hux se tibqa’ l-istess jew le hija kwistjoni oħra. Dawk li attendew il-fiera tat-trabi f’Seoul faħħru l-ħafna inizjattivi tal-gvern, inklużi sussidji u programmi ta’ appoġġ għal ġenituri żgħażagħ. Kollha ddeskrivew kemm hu diffiċli li jkollok it-tfal f’pajjiż b’għoli tal-ħajja li qed jogħlew, kultura tax-xogħol iebsa u attitudnijiet konservattivi li għadhom jeżistu.
L-omm Yun So-yeon ta’ 31 sena, li qed tistenna l-ewwel tarbija tagħha f’Marzu, hija qalet; “Wara li nqbadt tqila, tlaqt mix-xogħol tiegħi,” Hija ħasset li ma kelliex għażla. “Ma kienx hemm biżżejjed min jappoġjani fuq ix-xogħol. Meta n-nisa jkunu tqal, f’pajjiżna normalment kollha jispiċċaw jieqfu.”
Ir-rata ta’ fertilità tal-Korea t’Isfel ilha tonqos b’mod kostanti mill-2015 u sa issa hija l-aktar baxxa fost il-pajjiżi kollha madwar id-dinja. Id-demografiċi jgħidu li soċjetà teħtieġ rata ta’ fertilità ta’ mill-inqas 2.1 biex iżżomm popolazzjoni stabbli, mingħajr immigrazzjoni. Sal-2023, ir-rata ta’ fertilità tal-Korea t’Isfel kienet niżlet għal 0.721.

