Korea t’Isfel………………2
Portugall…………………..1
Il-Korea t’ Isfel ħasdu lill-Portugall meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1, biex temmew Grupp H fit-tieni post permezz ta’ differenza ta’ goals aħjar meta kisbu l-istess ammont ta’ punti daqs l-Urugwaj biex kisbu kwalifikazzjoni storika mal-Aħħar 16.
Il-Portugiżi fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fil-ħames minuta meta Pepe għadda pass dijagonali fit-tul fid-direzzjoni ta’ Diogo Dalot li kkontrolla tajjeb il-ballun, qabeż lil Jin-Su kimm qabel serva lil Ricardo Horta li b’xutt bid-dawra mill-viċin tefa’ ġewwa.
Iżda l-Korea ta’ Isfel ġabu l-iskor indas fid-29 minuta meta minn azzjoni ta’ corner id-difiża Portugiża naqset li tikklerja l-ballun li ħabat ma’ dahar Cristiano Ronaldo qabel intemm għand Young-Gwon Kim li minn taħt il-lasta tefa’ l-ballun fix-xibka.
L-azzjoni sussegwenti waslet fil-65 minuta bil-Koreani jkunu huma li joħolqu l-periklu meta Hwang In-Beom kellu xutt b’saħħtu salvat bi bravura mill-goalkeeper Portugiż, Diogo Costa.
Huma skorjaw il-goal tar-rebħa fil-91 minuta meta minn kontrattakk veloċi, Heung-Min Son għadda tajjeb lejn Hee-Chan Hwang li mill-viċin u permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ ġewwa.
Korea ta’ Isfel: Seung-Gyu Kim, Moon-Hwan Kim, Kyung-Won Kwon, Young-Gwon Kim, Jin-Su Kim, In-Beom Hwang, Woo-Young Jung, Kang-In Lee, Jae-Sung Lee (Hee-Chan Hwang 66), Gue-Sung Cho (Yu-Min Cho 93), Heung-Min Son Coach: Sergio Costa
Portugall: Diogo Costa, Diogo Dalot, Pepe, Antonio Silva, Joao Cancelo, Matheus Luiz Nunes (Joao Palhinha 66), Ruben Neves (Rafael Leao 65), Ferreira Vitinha (William Carvalho 81), Ricardo Horta, Cristiano Ronaldo (Andre Silva 65), Joao Mario (Bernardo Silva 81) Coach: Fernando Santos
Referee: Facundo Tello (Arġentina)
Ammoniti: L. Kang-In , H. Hee-Chan (K)