Il-Korea t’Isfel u l-Istati Uniti tal-Amerika wettqu dimostrazzjoni spettakolari ta’ turija ta’ saħħa fl-ajru hekk kif id-Deputat Segretarju tal-Istat Wendy Sherman żaret il-Korea t’Isfel. Fid-dawl ta’ dan Sheram qalet li jekk il-Korea ta’ Fuq twettaq testijiet nukleari din se tiffaċċja rispons ċar u b’saħħtu. Din id-dimostrazzjoni ta’ saħħa kienet tinvolvi xejn inqas minn 20 ajruplan tal-gwerra, fosthom anke ajruplani tat-tip F-35A. Dawn saru jum biss wara li l-Korea ta’ Fuq sparat tmien missili surface-to-surface lejn il-kosta tal-Lvant bħala risposta għal numru ta’ missili ballistiċi sparati mill-Korea ta’ Fuq nhar il-Ħadd li għadda.
Stqarrija maħruġa mill-militar tal-Korea t’Isfel tgħid li Seoul u Washington urew il-qawwa tagħhom u d-determinazzjoni li jirrispondu għall-provokazzjoni tal-Korea ta’ Fuq. Il-Korea t’Isfel kompliet tgħid li hi u l-alleati tagħha qegħdin isegwu mill-qrib u jippreparaw għal kull provokazzjoni min-naħa tal-Korea ta’ Fuq.
Dan kollu qiegħed iseħħ fi żmien meta kollox jindika li l-Korea ta’ Fuq se tkun qiegħda twettaq testijiet fuq armi nukleari wara waqfa ta’ ħames snin.