Tuesday, May 14, 2024

West Ham f’taqtigħa ma’ Arsenal għall-firma ta’ Oleksandr Zinchenko

Aqra wkoll

West Ham daħlu fit-taqtigħa ma’ Arsenal għall-firma ta’ Oleksandr Zinchenko ta’ Manchester City dan is-sajf.

Huwa mifhum li l-internazzjonali versatili Ukren, li jista’ jopera kemm fuq in-naħa tax-xellug tad-difiża kif ukoll f’nofs il-ground, qed jikkontempla tluq fis-sajf mill-Etihad Stadium biex ifittex football regolari tal-ewwel team ma’ xi club ieħor.

Zinchenko għamel 28 dehra għas-Citizens fil-kompetizzjonijiet kollha matul l-istaġun 2021-22, iżda beda biss 10 darbiet fil-Premier League.

Sport