Sunday, December 22, 2024

Il-kors tal-veterinarju li se jiġi offrut f’pajjiżna se jkun l-istess livell ta’ dak barrani

Aqra wkoll

Il-kors veterinarju li se jingħata f’Malta se jkun tal-istess livell daqs il-korsijiet offruti minn entitajiet edukattivi barranin, filwaqt li l-informazzjoni addizzjonali se tiġi ppubblikata matul dan ix-xahar.

Dan iddikjarah il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u
l-Innovazzjoni Clifton Grima meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina.

Il-Ministru Grima spjega li l-kors, li se jibda fis-sena akkademika 2024-25, se jkun twil ħames snin u se jkun kors f’MQF Livell numru 7.

Tenna li l-pjan huwa li r-reklutaġġ għal dan il-kors issir kull sena.

Ekonomija

Sport