Sunday, November 24, 2024

Il-kriżi ta’ Chelsea: Il-football jista’ jgħaddi mingħajr il-flus Russi

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Isport tar-Renju Unit, Nigel Huddleston, jgħid li l-football jista’ “jimmaniġġja per­fettament mingħajr investiment Russu”.

Il-kummenti saru f’sessjoni Diġitali, Kultura, Media u Sport dwar ir-rwol tal-flus Russi kemm fis-sjieda kif ukoll fl-isponsorships tal-clubs.

Is-sid ta’ Chelsea, Roman Abramovich, ġie sanzjonat mir-Renju Unit minħabba rabtiet mal-President Russu, Vladimir Putin.

“Hemm ħafna investituri oħra madwar id-dinja li nistgħu naħdmu magħ­hom,” qal Huddleston.

“Globalment, hemm ħafna flus fl-isport u fil- football u nistgħu mmexxu perfettament mingħajr in­vestiment Russu jew mingħajr l-investiment tar- Russja b’mod ġenerali.

“Verament ma nistax na­ra ċirkostanzi għal perjodu ta’ żmien twil fejn se nilqgħu dawk il-flus lura, ġenwinament ma nistax.

“Ma naħsibx li jkun moralment aċċettabbli, jista’ f’ħafna każi ma jkunx legalment possibbli għax xorta se jkollna sanzjonijiet konsiderevoli imposti fuq ħafna entitajiet.

“Ma naħsibx li l-partitarji tal-isport madwar id-dinja u, b’mod partikolari f’dan il-pajjiż, isibuh aċċettab­bli lanqas. Tkellmu b’mod qawwi u ċar ħafna.”

Abramovich kellu l-assi Ingliżi tiegħu – inklużi Chelsea – iffriżati bħala parti mir-rispons tal-gvern tar-Renju Unit għall-invażjoni tar-Russja tal-Ukrajna.

Liċenzja speċjali mogħtija mill-gvern se tippermetti li jitwettqu l-attrezzaturi tal-clubs, li jitħallsu l-persunal u li dawk li għandhom il-biljetti eżistenti jattendu l-logħbiet.

Il-clubs tal-football u t-timijiet nazzjonali Russi ġew sospiżi mill-kompetizzjonijiet kollha mill-korp governattiv dinji, il-FIFA, u l-kontroparti Ewropea, il-UEFA, fost sanzjonijiet sportivi oħra.

“F’termini ta’ kemm idumu dawk is-sanzjonijiet, sa­kemm ir-Russja tkompli tkun parija fix-xena dinjija, dawk is-sanzjonijiet se jdumu,” qal Huddleston. “Ħadd ma jaf iżda li l-persuna li tikkontrolla dan huwa Vladimir Putin.

“Se jdumu għal xi żmien u, inkluż li r-Russja ma tkunx tista’ tagħmel offerta għal avvenimenti sportivi ewlenin, se jgħaddi żmien mhux ħażin qabel naċċettaw lir-Russja lura fl-istadju sportiv dinji.”

Akkwist reċenti ta’ Newcastle United appoġġjat mill-Arabja Sawdija wassal ukoll għal kontroversja.

Hemm tħassib dwar ir-rekord tad-drittijiet tal-bniedem tal-Arabja Sawdija u l-manager tal-Magpies, Eddie Howe, ġie mistoqsi dwar is-suġġett wara t-telfa tat-team tiegħu fil-Premier League minn Chelsea nhar il-Ħadd.

Il-kwistjoni tas-sjieda tal-clubs, fost kwistjoni­jiet oħra, ġiet ikkunsidrata bħala parti minn reviżjoni mmexxija mill-partitarji fil-football Ingliż ikkummissjonat mill-gvern.

Il-kap eżekuttiv tal-Premier League, Richard Masters, qal ukoll li l-orga­nizzazzjoni qed tirrevedi t-test tas-sidien u d-diretturi tagħha peress li “kienet taħt ħafna skrutinju għal dawn l-aħħar 12-il xahar”.

Xi punti li ħarġu f’dawn l-aħħar ġranet dwar il-kriżi ta’ Chelsea huma:

*Chelsea qed jiffaċċjaw vjaġġ bir-ritorn ta’ 10 sigħat u aktar lejn Middlesbrough u lura għall-kwarti-finali tagħhom tal-FA Cup wara li ma bbukkjawx titjiriet għal-logħba.

*Skond rapporti, Saudi Media Group għamlu offerta ta’ £2.7 biljuni biex jixtru lil Chelsea.

*Konsorzju mmexxi mill-biljunarju Amerikan Todd Boehly u s-sinjur kbir tal-proprjetà Britanniku, Jonathan Goldstein, ħareġ bħala l-konkorrent ewlieni biex jixtri lil Chelsea.

*Il-konfront taċ-Champions League ta’ Chelsea tal-lum kontra Lille se jix­xandar dirett fir-Russja fuq stazzjon televiżiv tal-istat li twaqqaf wara digriet presi­denzjali minn Vladimir Putin.

*Gruppi interessati li jixtru lil Chelsea mingħand Ro­man Abramovich qed jgħaġ­ġlu biex jiżguraw li l-proposti ta’ akkwist tagħ­­hom ikunu lesti qabel l-iskadenza ta’ din il-ġim­għa biex jissottomettu l-offerti.

*Chelsea ngħataw somma ta’ salvataġġ ta’ £110 miljun biex jiżguraw li huma tal-inqas kapaċi jtem­mu l-istaġun tal-Premier League.

*Il-biljunarju Ameri­kan, Anthony Ressler, sid ta’ Atlanta Hawks tal-NBA, ħareġ bħala kandi­dat ieħor biex jixtri lil Chelsea u jingħad li kellu taħditiet sigrieti dwar ftehim f’Memphis mar-Raine Group, li qed jorganizzaw il-bejgħ tal-club tal-Premier League.

Sport