Thursday, January 30, 2025

Il-kriżi tal-klima esponiet lin-nies għal sitt ġimgħat żejda ta’ sħana perikoluża fl-2024

Aqra wkoll

Il-kriżi tal-klima ikkawżat sitt ġimgħat oħra ta’ ġranet sħan perikolużi fl-2024 għall-persuna medja, li għolla l-impatt fatali tal-mewġ tas-sħana madwar id-dinja.

L-effetti tat-tisħin globali ikkawżat mill-bniedem kienu ferm agħar għal xi nies. Dan ħareġ minn analiżi li saret wriet analiżi mill-World Weather Attribution (WWA), kollaborazzjoni akkademika li tistudja l-attribuzzjoni tal-avvenimenti estremi u l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq avvenimenti meteoroloġiċi estremi. Dawk fl-istati gżejjer tal-Karibew u tal-Paċifiku kienu l-aktar milquta. Ħafna ġarrbu madwar 150 jum aktar ta’ sħana perikoluża milli kienu jagħmlu mingħajr tisħin globali, jiġifieri kważi nofs is-sena

Kważi nofs il-pajjiżi tad-dinja ġarrbu mill-inqas xahrejn ta’ temperaturi b’riskju għoli. Anke fl-inqas postijiet milquta, bħar-Renju Unit, l-Istati Uniti u l-Awstralja, it-tniġġis tal-karbonju mill-ħruq tal-fjuwils fossili wassal għal tliet ġimgħat żejda ta’ temperaturi elevati.

Mewġ ta’ sħana agħar huma l-aktar konsegwenza fatali tal-emerġenza klimatika. It-tmiem tal-ħruq tal-faħam, taż-żejt u tal-gass kien essenzjali biex jitwaqqaf l-effetti li jmorru għall-agħar.

Sport