Tuesday, May 14, 2024

Il-kriżi tar-refuġjati Ukreni hija l-ikbar waħda fl-Ewropa mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn

Aqra wkoll

Skont il-BBC, l-iktar figuri riċenti li nħarġu mill-aġenzija tar-refuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda  juru li 4,019,000 persuna telqu mill-Ukrajna u sabu refuġju fil-pajjiżi ġirien tagħhom. Dan ifisser li erba’ miljun persuna — b’mod speċjali n-nisa, it-tfal u l-anzjani —  għandhom ħajjithom dipendenti fuq il-pajjiżi ġirien tagħhom.

Huwa rrappurtat li din hija l-ikbar kriżi ta’ refuġjati li qatt kien hawn fl-Ewropa minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn. Il-Polonja waħidha qed iżżomm madwar 2.3 miljuni refuġjati Ukreni.

Minkejja li r-Russja tat x’tifhem li jaf tkun qed tnaqqas l-attakki, l-ibbumbardjar fuq il-bliet Ukreni kompla u iżjed familji jinsabu ddisprati biex jitilqu mill-Ukrajna.

Imogen Foulkes fl-artiklu tagħha tal-BBC targumenta li “Anki jekk jieqaf il-ġlied bejn iż-żewġ pajjiżi, is-sitwazzjoni biex tissolva din il-kriżi umanitarja mhix se tkun waħda faċli, hekk kif numru ta’ bliet ġew irrovinati u għadd ta’ djar meqruda”. Saħansitra tkompli tisħaq fuq dan il-punt billi tgħid li “L-Ukreni se jinħtieġu l-ġenerożità u l-għaqda Ewropea għal numru ta’ snin”.

Sport