Thursday, December 26, 2024

Il-Ktieb ‘Il-Kuluri tal Awtiżmu’ se jgħinna nifhmu aktar din id-differenza

Aqra wkoll

Illum il-ġurnata ħafna jitkellmu dwar is-sabiħ tad-diversità fost il-bnedmin. Iżda ftit jimmaġinaw kemm dik l-istess diversità taf tkun il-kawża ta’ ħafna tbatija, bħall-esklużjoni soċjali, għall-persuni li huma differenti mill-maġġoranza.

Persuni bil-kundizzjoni tal-awtiżmu għandhom karatteristiċi partikolari li wkoll jagħmluhom differenti mill-bqija tas-soċjetà. Il-Ktieb Kuluri tal-Awtizmu se jkun qed juri d-diversi kuluri tal-awtiżmu, biex jgħinna nifhmu aktar din id-differenza. Il-kontribut tal-esperti fl-awtiżmu, kif ukoll il-ġenituri ta’ tfal li għandhom l-awtiżmu, u anke individwi li għandhom l-awtiżmu, se jkun kruċjali biex jgħinuna nifhmu x’hemm wara din id-differenza.

L-awtiżmu hija kundizzjoni li persuna titwieled biha. B’hekk l-idea li l-persuna jista’ jaqbadha l-awtiżmu aktar tard fis-snin mhux waħda korretta. Jekk inħarsu lejn ir-riċerka, din turina li meta t-tarbija u l-moħħ tagħha jkunu qed jifformaw fil-ġuf, jiġri xi ħaga li jikkawża din il-kundizzjoni tal-awtiżmu.

Din tindikalna li persuna bl-awtiżmu għandha l-moħħ tagħha li huwa magħmul differenti minn tal-popolazzjoni tipika. B’riżultat ta’ dan, l-esperjenza tagħha fil-ħajja hija waħda differenti u taf tkun ħafna aktar diffiċli wkoll.

Apparti minn hekk, bħala kundizzjoni, Il-Kuluri tal-Awtiżmu l-awtiżmu se tibqa’ hemm fil-ħajja tal-individwu u għalhekk insejħulha kundizzjoni għaliex tkun qed tikkundizzjona l-ħajja tal-individwi bl’awtiżmu minħabba dawn id-diffikultajiet li semmejna.

Il-ktieb ‘Il-Kuluri tal Awtiżmu’, li għadu kif ġie ppubblikat, huwa l-ewwel ktieb bil-Malti li jidħol fid-dettall dwar l-awtiżmu, kundizzjoni relatata mal-iżvilupp fil-moħħ li taffettwa direttament il-perċezzjoni u l-mod kif persuna tissoċjalizza ma’ persuni oħrajn. Il-kundizzjoni tista’ tinkludi limiti f’ċerta mġiba, li tista’ twassal għal azzjonijiet ripetittivi.

Il-ktieb jippreżenta d-diversi aspetti tal-awtiżmu, biex jgħin lill-qarrej jifhem aktar din ir-realtà. Fih 13-il kapitlu bis-sehem tal-esperti fl-awtiżmu kif ukoll ta’ ġenituri ta’ tfal li għandhom l-awtiżmu u anke individwi li għandhom l-awtiżmu huma stess.

‘Il-Kuluri tal-Awtiżmu’ huwa pubblikazzjoni ta’ 4sight, u huwa miktub min Dr Yanika Attard u Melvin Attard b’illustrazzjonijiet ta’ Ġorġ Mallia.

Ekonomija

Sport