Saturday, December 21, 2024

“Il-kultura li l-omm toqgħod id-dar qiegħda tinbidel” – Il-Ministru Miriam Dalli

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru Dalli fil-parlament qalet ukoll li rridu naħdmu biex ikollna aktar role-models nisa u biex it-tfajliet u n-nisa tagħna ma jaqtgħux qalbhom. Qalet li f’soċjetà fejn l-isferi differenti għadhom iddominati mill-irġiel irridu nagħmlu ħafna aktar biex nilħqu bilanċ bejn il-ġeneri. Bilanċ li jwassal biex ħadd ma jħossu superjuri jew inferjuri għal ħaddieħor.

Il-Ministur Dalli saħqet ukoll li “l-kultura li l-omm toqgħod id-dar qiegħda tinbidel. Naraw irġiel li jagħżlu li joqogħdu huma d-dar. Forsi din hi l-bidla fil-mentalità li rrid nkomplu nħeġġu. Ġenituri li jaqsmu r-responsabiltajiet ta’ wliedhom. Ġenituri li jirrispetaw lil xulxin. Ulied li jaraw ir-rispett reċiproku fil-ġenituri tagħhom, fejn il-mara u r-raġel huma stmati l-istess u ħadd mhux meqjus inferjuri għal ħadd.”

“Nemmen li l-edukazzjoni ta’ kwalità hi ċ-ċavetta għall-emanċipazzjoni tan-nisa u t-tfajliet. Biż-żieda fil-livell tal-litteriżmu, tal-għarfien, is-soċjetà qiegħda tagħti aktar importanza lill-edukazzjoni. Aktar ma naraw nisa fi rwoli maniġerjali, xjenzati, akkademiċi, avukati, politiċi u nisa f’xogħlijiet tradizzjonali maskili, aktar il-bniet se jkollhom role models,” tenniet il-Ministru Dalli. 

Ekonomija

Sport