Thursday, December 19, 2024

Il-Kumitat Olimpiku Malti jħabbar ħames atleti li ser jibbenefikaw mill-Olympic Solidarity Scholarships. 

Aqra wkoll

Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar il-ħames atleti li qed jippreparaw għal-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi 2024 u li ser jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja permezz tal-Olympic Solidarity.

Bl-appoġġ tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (IOC), il-finanzjament tal-Olympic Solidarity għandu l-għan li joffri assistenza lill-Kumitati Olimpiċi Nazzjonali (NOCs) kollha biex jappoġġjaw l-iżvilupp tal-isport u jrawmu aktar atleti b’potenzjal.

Il-ħames atleti mgħazula huma Jordan Gusman (Atletika), Jeremy Zammit (Atletika), Matthew Abela (Badminton), Eleanor Bezzina (Sparar) u Sasha Gatt (Għawm).

Abela, Bezzina u Gatt diġà ħadu sehem f’mill-inqas edizzjoni waħda tal-Logħob Olimpiku.

L-għażla kienet ibbażata fuq il-prestazzjonijiet tas-sentejn li għaddew u l-prospett realistiku tagħhom ta’ kwalifikazzjoni għal-Logħob.

“Il-boroż ta’ studju individwali jagħtu lill-kumitati Olimpiċi  il-possibbiltà li jiksbu għajnuna finanzjarja u teknika għal numru limitat ta’ atleti elite li qed jitħarrġu, u jippruvaw jikkwalifikaw għal-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi 2024” spjegat Charlene Attard, Direttur tal-Isport, Kumitat Olimpiku Malti.

Il-finanzjament se jintefaq fuq aċċess għal faċilitajiet ta’ taħriġ, assistenza u monitoraġġ medika u xjentifika regolari kif ukoll spejjeż tal-ivvjaġġar għall-atleta biex jipparteċipa f’kompetizzjonijiet, inklużi avvenimenti ta’ kwalifika Olimpika.

Ekonomija

Sport