Saturday, May 4, 2024

Attakk b’żewġ bombi jħalli għadd ta’ studenti mejta fl-Afganistan

Aqra wkoll

Żewġ splużjonijiet li seħħew fi skola tas-subien ġewwa l-kapitali Afgana Kabul ħallew minn tal-inqas sitt persuni mejta u iktar minn 20 feruti. L-isplużjonijiet seħħew fl-iskola sekondarja tas-subien Abdul Rahim Shahid fil-parti tal-Punent tal-belt li hija ddominata mix-Xiti. Uffiċjali tal-belt qalu li n-numru ta’ mejtin u feruti jista’ jkompli jiż­died. 

Sa dalgħodu ma kien hemm l-ebda grupp li refa’ r-responsabbiltà ta’ dan l-attakk, iżda fil-passat il-militanti tal-Istat Iżlamiku ġieli wettqu attakki fuq din iż-żona. Rapporti inizjali kienu qegħdin jissuġġerixxu li l-attakk ġewwa din l-iskola seħħ minn terroristi suwiċida, iżda wara l-pulizija ta’ Kabul ikkjarifikaw li l-isplussiv kien imqiegħed f’żoni differenti. 

Uffiċjali anonimi li tkellmu mal-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters qalu li l-isplussiv kienu mqiegħda f’basktijiet tal-iskola, u wieħed minn­hom ġie mqiegħed ’il ġewwa mill-kanċell tal-iskola. 

Sport