Saturday, December 21, 2024

Il-Kumitat Olimpiku Malti jospita l-Laqgħa għax-Chefs de Mission tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023

Aqra wkoll

Meta fadal inqas minn 70 jum sal-bidu taċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob tal-Pajjizi ż-Żgħar tal-Ewropa (GSSE) it-tħejjijiet qed ikomplu għaddejjin. F’dawn l-aħħa jiem il-Kumitat Olimpiku Malti ospita laqgħa għax-Chefs de Mission u delegati tekniċi li jirrappreżentaw id-disa’ pajjizi tal-GSSE għal-laqgħat f’Malta.

Aktar minn ħamsa u għoxrin delegat ipparteċipaw f’laqgħat u preżentazzjonijiet relatati mal- avvenimenti, loġistika, servizzi mediċi, trasport, ċerimonji tal-ftuħ u tal-għeluq kif ukoll diversi żjarat fil-postijiet li ser jospitaw l-kompetizzjonijiet, avveniment u akkomodazzjoni. L-ewwel żjara kienet fejn ser jiġu ospitati l-atleti, li bħalissa għaddejja minn xogħlijiet kbaru li ser tkun operattiva bis-sħiħ ftit ġimgħat qabel il-wasla tal-ewwel atleti. Id-delegati ngħataw ukoll dawra tal-faċilitajiet li se jorganizzaw kompetizzjonijiet waqt il-Logħob.

Mingħajr dubju l-klima internazzjonali, li ġiet affetwata mill-pandemija Covid-19, kif ukoll l-klima politika attwali, taf sfida qawwija lill-Kumitat Organizzattiv. Dawn huma sfidi li m’għandniex kontroll fuqhom, imma minkejja dan, ksibna l-appoġġ ta’ diversi entitatjiet u sponsors liema kontribuzzjoni se tgħinna nonoraw l-impennji tagħna”, ikkummenta Mark Cutajar, Chairman tal-Kumitat Organizzattiv. “Dawn il-Logħob għandhom l-isfidi tagħhom iżda jridu jimxu fl-istess pass tal-isfidi li l-isport qed jiffaċċja madwar id-Dinja.”

Filgħaxija, il-Kumitat Olimpiku Malti ospita t-tnedija tal-uniformijiet tat-Team Malta, fil-preżenza ta’ diversi mistednin, fosthom rappreżentant tal-Gvern, atleti, rappreżentanti tal-Federazzjoni mill-għaxar dixxiplini sportivi li qed isiru f’Malta u mistednin oħra.

L-uniformi ġiet immudellata minn uħud mill-aktar atleti rikonoxxuti ta’ Malta, u li aktarx se jkunu parti minn Team Malta waqt il-Logħob, fosthom  Lacey Aquilina, Claire Azzopardi, Steve Camilleri, Francesca Catania, Josephine Diaby, Alex Felice Pace, Beppe Grillo, Sandek Khalaf, Michela Mifsud, Janet Richard, Julian Rizzo,  Ashley van Vilet Vella and Nathan Xuereb.

L-uniformijiet jgħaqqdu l-elementi ħomor u bojod li jaqgħdu l-enerġija u l-passjoni Maltija – elementi kollha huma wkoll assoċjati mal-isport. L-uniformi kienet iddisinjata b’materjal li wieħed iżomm f’moħħu l-kundizzjonijiet tat-temp sħun matul il-Logħob. Dan jfisser li se jipprovdu protezzjoni kontra x-xemx.. L-uniformi se tikkonsisti minn tracksuits, t-shirts, polo shirts, brieret u basktijiet.

“Li jilbsu l-uniformi ta’ Team Malta huwa unur li ħafna atleti qed jikkompetu għaliħ u li se jgħożżu l-opportunità li jilbsu din l-uniformi. L-impenn lejn dawn il-Logħob kienet ta’ min ifaħħarha u dawn l-atleti qedin jipproduċu riżultati konsistenti kif ukoll inkoraġġanti” irrimarka Julian Pace Bonello, President, Kumitat Olimpiku Malti.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka, u Innovazzjoni Dr Clifton Grima faħħar ix-xogħol li sar biex jospita dan l-avveniment prestiġjuż f’Malta. “Bħala tim, l-Ministeru, SportMalta u l-KOM, flimkien mal-Għaqdiet Sportivi u l-atleti qedin ngħatu kollox sabiex nippreparaw għal dawn il-logħob. Qed nistennew bil-ħerqa li nappoġġjaw, kif ukoll ngħatu tifħir lil dawk l-atletli li jgħamlu unur lil-bandiera Maltija”

Id-XIX Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa qed jiġu appoġġjati minn SportMalta, NDSF, Welbee’s Supermarket, National Lottery, MITA, General Soft Drinks, Visit Malta, European Olympic Committees, Go, Enemed, BOV u The Concept Stadium.

Aktar informazzjoni dwar id-XIX Logħob tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa tinsab fuq https://gssemalta2023.mt

Ekonomija

Sport