Sunday, November 3, 2024

Il-Kumitat Olimpiku Malti, Saint James Hospital u Planet Health jġeddu s-sħubija ta’ bejniethom

Aqra wkoll

Il-Kumitat Olimpiku Malti, is-Saint James Hospital Group u Planet Health għadhom kif ġeddew is-sħubija attwali tagħhom għal perjodu ieħor ta’ erba’ snin.

Is-sħubija bejn iż-żewġ entitajiet se tipprovdi lill-atleti, akkreditati ma’ l-iskema MOC Elite u Youth Elite b’aċċess għal numru servizzi u pariri dijanjostiċi, terapewtiċi, u ta’ riabilitazzjoni fl-oqsma tas-servizzi speċjalizzati fil-mediċina sportiva, fiżjoterapija, riabilitazzjoni, massaġġi sportivi, u podjatrija.

“Ir-relazzjoni bejn il-Kumitat Olimpiku Malti, Saint James Hospital Group u Planet Health hija waħda li ilha isseħħ fit-tul. Ninsabu soddisfatti li nistgħu nikkonfermaw din is-sħubija għal erba’ snin oħra, biex niżguraw li l-atleti tagħna jingħataw aċċess għall-aqwa servizzi f’dawn l-oqsma.” spjega Julian Pace Bonello, President, Kumitat Olimpiku Malti.

Permezz ta’ dawn is-servizzi, l-atleti se jingħataw servizzi mediċi speċjalizzati, li jagħtu pariri dwar il-prevenzjoni u l-irkupru f’kaz ta’korriment.

“Dan il-ftehim huwa xhieda tas-sħubija li ilha sseħħ fit-tul bejn il-Kumitat Olimpiku Malti u s-Saint James Group.  Kburin li nappoġġaw lill-atleti Maltin fil-vjaġġ tagħhom lejn is-suċċess” rimarka Jean Claude Muscat, Kap Eżekuttiv, Saint James Hospital Group.

Sport