Fl-isforzi tiegħu biex jibni komunità sportiva aktar professjonali u kkwalifikata, il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar li ser jospita kors akkreditat fis-Strength & Conditioning.
Il-kors, li se jiġi ppreżentat mill-Assoċjazzjoni Awstraljana tas-Strength & Conditioning (ASCA), huwa kors tal-Livell 1 immirat biex itejjeb il-prestazzjoni sportiva. Il-kors akkreditat mill-ASCA huwa rikonoxxut mad-dinja kollha u jipprovdi ċertifikazzjoni bbażata fuq l-għarfien dwar kif tfassal, tapplika u tirrevedi programmi ta’ taħriġ biex ittejjeb il-prestazzjoni sportiva.
Din se tkun l-ewwel darba li se jiġi organizzat kors bħal dan f’Malta u għalhekk rakkomandat ħafna għal dawk il-prattikanti li qed ifittxu li jikkwalifikaw u jkomplu l-karriera tagħhom f’dan il-qasam. Eventwalment, il-partecipanti jkunu jistgħu jkomplu fuq il-Livell 2 li se jiġi organizzat aktar tard.
“Is-Strength and Conditioning fl-isport saru meqjusa bħala aspett importanti tal-preparazzjoni tal-atleti. Huwa taħriġ komprensiv biex jikkumplimenta l-iżvilupp ta’ ħiliet speċifiċi li huwa imperattiv għas-suċċess sportiv,” spjega Nigel McCarthy, Direttur, Kumitat Olimpiku Malti. “Dan il-kors ċertament se jwitti t-triq għal mentalità differenti fil-preparamenti għall-kompetizzjoni”.
Il-postijiet huma limitati għall-kors li se jsir fl-1 u t-2 ta’ Ottubru fil-Kumpless tal-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq.
L-applikanti interessati li jirreġistraw qabel l-10 ta’ Settembru se jibbenefikaw minn rata skontata ta’ €150. Applikazzjonijiet li jaslu wara dik id-data jitħallsu €225.
Ir-reġistrazzjonijiet għandhom isiru permezz ta’ din il-link – https://forms.office.com/r/PTnXHgNcwN
Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jgħamel kuntatt ma’ Nigel McCarthy permezz ta’ email fuq [email protected]
Dan il-kors qed jiġi appoġġjat permezz tal-fondi mill-Olympic Solidarity.