Sunday, December 22, 2024

Il-Kummissarju Ewropew Helena Dalli tingħata l-Ordni Nazzjonali tal-Meritu

Aqra wkoll

Il-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza Dr Helena Dalli ngħatat l-Ordni Nazzjonali tal-Meritu. Dalli serviet bħala membru parlamentari f’isem il-Partit Laburista mill-1996 sal-2019 meta ġiet appuntata bħala l-ewwel Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza.

Hi daħlet fil-politika f’età żgħira u meta ġiet eletta l-ewwel darba fil-Parlament fl-1996 ġiet appuntata Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Fl-2013 kienet appuntata ministru u mexxiet diversi portafolli li jinkludu d-djalogu soċjali, l-affarijiet tal-konsumatur, il-libertajiet ċivili, l-affarijiet Ewropej u l-ugwaljanza.

Proponent għall-ġustizzja soċjali, Dalli mexxiet riformi soċjali sinifikanti, partikolarment fil-qasam tal-ugwaljanza. Hija mexxiet riformi li indirizzaw id-drittijiet tan-nisa, id-drittijiet tal-komunità LGBTIQ, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, strutturi biex itejbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, id-dħul ta’ aktar nisa fis-suq tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-libertajiet ċivili.

Ta’ dan irċeviet diversi premji internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza. Dott Dalli nediet il-proċess għallintroduzzjoni tal-Jum Internazzjonali għan-Nisa u l-Bniet fix-Xjenza kkommemorat min-Nazzjonijiet Magħquda fil-11 ta’ Frar.

Ekonomija

Sport