Tuesday, December 24, 2024

Il-Kummissarju jgħid li m’għandux indħil mill-Uffiċċju tal-PM

Aqra wkoll

F’intervista mal-ġurnal The Times of Malta, il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà saħaq li m’għandu l-ebda indħil mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Fost suġġetti oħra, il-Kummissarju tkellem dwar il-fiduċja tal-pubbliku fil-Korp tal-Pulizija u qal li stħarriġ ippubblikat u persuni li sfaw vittmi ta’ reati jikkonfermaw li din kompliet tiżdied. Fost każijiet oħra huwa qal li waħda mir-raġunijiet għal kisbiet pożittivi bħal dawn huma l-ammont ta’ investigazzjonijiet li jinsabu għaddejjin.

Madanakollu, Gafà żied jgħid li l-fiduċja ma tikbirx mis-siġar u li għalhekk hemm bżonn li l-ħidma tkompli. Hawnhekk huwa għamel referenza għall-estensjoni tas-servizz tal-pulizija tal-komunità li qiegħed ikompli jintlaqa’ tajjeb mill-pubbliku inġenerali.

Ekonomija

Sport