Tuesday, April 30, 2024

Il-Kummissarju jippreżenta ċertifikat lill-kuntistabbli li salvat tifla milli tittajjar

Aqra wkoll

Wara li ngħatat rikonoxximent waqt il-premjazzjoni tas-Servizz Pubbliku, il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa ppreżenta ċertifikat ta’ rikonoxximent lill-kuntistabbli Charlene Delia.

Il-kuntistsabbli Delia hija stazzjonata r-Rabat u f’kummenti ma’ Talk.mt kienet qalitilna li dakinhar tal-każ li għalih ġiet rikonoxxuta, hi rnexxielha twaqqaf vettura li kienet sejra fid-direzzjoni ta’ tifla li kienet żgiċċat minn idejn ommha biex taqsam lejn missierha.

Il-Kummissarju rrikonoxxa l-ħidma tal-kuntistabbli li bl-att altruwista tagħha għamlet unur kemm lilha nnifisha kif ukoll lill-Korp tal-Pulizija.

Sport