Saturday, December 21, 2024

Il-Kummissarju mitlub jinvestiga kumment ta’ qassis li qal li “l-bisesswalità agħar mill-possessjoni”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem komplew il-kummenti b’rabta mal-każ tal-femiċidju li kmieni l-Ħadd filgħodu ħasad lill-pajjiż kollu. Wara li ġie ppubblikat ir-ritratt tas-suspettat aggressur fil-qtil tat-tfajla Pollakka inkluż ismu, ħafna kienu dawk li rreaġixxew b’kummenti ta’ rabja fil-konfront tiegħu.

Intant f’wieħed mill-kummenti li segwew kien hemm dak ta’ Fr David Muscat li kompla mal-furur ta’ messaġġi fuq il-midja. Huwa qal li “Jekk is-suspettat kellu xi gayaġni jew bisesswalità allura din diżordni oħra miżjuda fuq l-iskizofrenija u l-effett malefiku…  l-anqas gravi l-possessjoni… il-gayaġni agħar”.

Il-kandidata Nazzjonalista Emma Portelli Bonnici b’reazzjoni għal dan il-kumment sostniet li mhijiex “diżordni” li persuna tkun gay. Bonnici qalet li kliem ta’ mibegħda ta’ dan it-tip jibqa’ jinstiga mibegħda lil hinn minn min ikun qiegħed jgħidu. Kien għalhekk li talbet biex tittieħed azzjoni kontra l-qassis.

B’reazzjoni għal dan il-kumment irreaġixxiet il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Kwalità tal-ħajja u Organizzazzjonijiet Volontarji Julia Farrugia Portelli li qalet li bħala ċittadina u bħala Ministru għall-Inklużjoni talbet lill-Pulizija tinvestiga u tieħu azzjoni fuq l-aħħar kummenti oxxeni u omofobiċi li saru mill-qassis Fr David Muscat kontra persuni LGBTIQ.

Hija sostniet li hemm liġijiet ċari f’pajjiżna. U ma naċċetta qatt li persuna tiġi mgħajjra minħabba s-sesswalità tagħha. Kien għalhekk li f’email mibgħuta minnha lill-Kummissarju Angelo Gafa l-ħolqa tal-artiklu f’sit tal-aħbarijiet lokali li jikkwota lill-qassis jgħid li jekk l-aggressur ta’ Dembska huwa lgbtiq dan agħar milli mxajtan u sostniet li dan huwa kumment ċar ta’ hatespeech instigat u msejjes fuq omofobija. 

Ekonomija

Sport