Monday, November 11, 2024

Il-kumpanija Moderna b’vaċċin li jittieħed direttament fil-qalb kontra l-puplesija

Aqra wkoll

Il-kumpanija Moderna bdiet testijiet fuq vaċċin ġdid li dan jittieħed direttament fil-qalb biex b’hekk tgħin miljuni ta’ persuni li jkunu sofrew attakki tal-qalb.

Il-vaċċin qed juża l-istess teknoloġija tal-vaċċin tal-Covid-19. Moderna flimkien ma’ kumpaniji oħrajn fi żmien il-pandemija kienu żviluppa vaċċin permezz ta’ mRNA.

Issa l-kumpanija qiegħda tgħid li b’din it-teknoloġija, u jekk dan il-vaċċin jiġi approvat persuni li jkunu sofrew attakki tal-qalb jistgħu jirkupraw aktar maljar.

Dan jaħdem billi hekk kif il-vaċċin jiġi nġetjat direttament fil-qalb jagħti struzzjonijiet lil ċelloli tal-qalb biex jiġġeneraw hormone li din min-naħa tagħha timpruvja d-demm. B’dan il-mod il-ħsara li tkun saret fuq il-muskulu tal-qalb permezz ta’ attakk tisewwa.

S’issa persuna waħda ngħatat dan il-vaċċin u kollox se jkun jiżviluppa skont kif tmur il-persuna.

Sport