Tuesday, May 14, 2024

Mill-2021 sal-aħħar ta’ Marzu nħarġu 27 ċitazzjoni minħabba storbu eċċessiv f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Ħafna jilmentaw l-aktar fl-istaġun tas-Sajf li f’ċertu lokalitajiet ikun hemm storbju eċċessiv u anke ilmenti u r-rapport għand il-pulizija jdaħħlu.

F’San Pawl il-Baħar biss, bejn Jannar 2021 u l-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena, nħarġu 27 ċitazzjoni li jfisser li persuna titressaq il-Qorti. Fl-ewwel 3 xhur ta’ din is-sena ma nħarġet l-ebda ċitazzjoni f’San Pawl il-Baħar dwar storbju eċċessiv.

Fl-2021 nħarġu 16-il ċitazzjoni filwaqt is-sena ta’ wara nħarġu 11-il ċitazzjoni.

Minn dawn ħamsa biss s’issa nstabu ħatja, filwaqt li 17-il persuna ġew illiberati.

Minn dawn il-każi hemm ħamsa li għadhom pendenti.

Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri fuq mistoqsija tad-Deptata Nazzjonalista Graziella Galea.

Sport