Saturday, June 22, 2024

Il-kunċert klassiku bl-isem ta’ Klassiċi fil-Katidral

Aqra wkoll

Il-Fondazzjoni Ulied il-Belt il-Qadima se tkun qed tippreżenta kunċert klassiku bl-isem; KLASSIĊI FIL-KATIDRAL. Dan il-kunċert se jsir nhar is-Sibt 11 ta’ Novembru fis-7:30 p.m fil-Katidral ta’ Għawdex, ir-Rabat u fiha l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Joseph Debrincat.

Il-programm jinkludi Sinfonia in Do minore ta’ Nicolò Isouard, ta’ Carl Maria von Weber, Kunċert Klarinett Nru 2, Op. 74, J. 118 (solista Giuseppe Recchia) u dak dejjem popolari Sinfonija Nru 41, K. 551 “Jupiter” ta’ Wolfgang Amadeus Mozart.

Il-kunċert huwa appoġġjat mid-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, il-Fondazzjoni Classique u l-Kapitlu Katidral.

Id-dħul għal dan l-avveniment huwa b’xejn. Għal aktar dettalji ikkuntattja: [email protected] /79450950.

Ekonomija

Sport