Tuesday, March 4, 2025

Il-kundizzjoni ta’ Papa Franġisku tibqa’ waħda kumplessa

Aqra wkoll

Minkejja li kellu lejl ta’ mistrieħ u matul il-ġurnata mistenni li jkompli jistrieħ, il-kundizzjoni ta’ Papa Franġisku tibqa’ waħda kumplessa.

Hekk tħabbar mill-midja tal-Vatikan dalgħodu f’bullettin mediku li jixxandar darbtejn kuljum.

Papa Franġisku ilu l-Isptar Gemelli mill-14 ta’ Frar li għadda u s’issa ma hemm l-ebda indikazzjoni meta jista’ jirritorna l-Vatikan. Minkejja dan xorta waħda mis-sodda tal-Isptar hu baqa’ jgħaddi diversi messaġġi u fejn seta’ kompla x-xogħol tiegħu bħala l-Kap tal-Knisja Kattolika.

Ilbieraħ fil-bullettin mediku, il-Vatikan qal li matul il-ġurnata lill-Papa sarulu żewġ bronkoskopiji fil-pulmun biex jaspiraw kwalunkwe fluwidu li kien hemm fih. Ġie rraportat ukoll li waranofsinhar Papa Franġisku kellu jingħata n-nifs bil-magna għax kellu l-ossiġnu wisq baxx.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport