Tuesday, December 24, 2024

Il-Kungress Amerikan jivvota biex jibdew il-proċeduri kontra Trump dwar l-irvell fuq Capitol Hill

Aqra wkoll

Inkjesta li twettqet mill-Kungress Amerikan dwar l-irvell li kien seħħ fuq il-Capitol is-sena li għaddiet ikkonkludiet li l-Eks President Donald Trump għandu jiffaċċja akkużi kriminali, inkluż insurrezzjoni. Il-kumitat immexxi mid-Demokratiċi ivvota unanimament biex id-dipartiment tal-ġustizzja jipproċedi kontra Donald Trump.

Dakinhar tal-irvell fis-6 ta’ Jannar 2021, partitarji ta’ Trump daħlu fil-bini tal-Kungress u interrompew iċ-ċerimonja li kellha tiddikjara lil Joe Biden bħala President tal-Istati Uniti.

Trump ċaħad kwalunkwe akkuża ta’ għemil ħażin u fi stqarrija li ħareġ iddeskriva lill-panel li investigah bħala “qorti tal-kangarù”.

Wara li qattgħu madwar 18-il xahar jinvestigaw l-irvell, nhar it-Tnejn li għadda l-kumitat magħżul tal-Kamra tad-Deputati rrakkomanda li Donald Trump jiffaċċja akkużi fosthom li inċita u għen biex isir l-irvell, li fixkel proċedimenti uffiċjali, li kkonfoffa biex issir dikjarazzjoni falza u ffroda lill-Istati Uniti.

Id-dipartiment tal-ġustizzja, li l-prosekuturi tiegħu diġà kienu qed jikkunsidraw jekk jakkużax lil Trump, m’għandux għalfejn jistenna jew isegwi r-referenza ta’ kumitat tal-Kungress biex jieħu azzjoni.

Filwaqt li l-azzjonijiet tal-panel huma l-aktar simboliċi, iċ-chairman iddeskriva l-akkużi proposti bħala “roadmap għall-ġustizzja”.

Ekonomija

Sport