Friday, November 15, 2024

Il-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ bi tmexxija Laburista għall-ewwel darba

Aqra wkoll

Dr Marlene Cini għadha kif inħatret bħala l-ewwel Sindku Laburista taż-Żebbuġ Għawdex. Fl-istess waqt Sandra Grech inħatret bħala Viċi Sindku tal-istess lokalità.

Fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali tal-2019, kien sar ftehim biex għall-ewwel sentejn u nofs ikun hemm tmexxija indipendenti, immexxija minn Nicky Saliba, u t-tieni sentejn u nofs tkun taħt tmexxija Laburista.

Fost dawk li laqgħu din l-aħbar kien hemm l-MEP Josianne Cutajar fejn qalet li hija ħaġa sabiħa li tara kif din il-lokalità Għawdxija issa għandha kemm Sindku kif ukoll Viċi Sindku li huma nisa.

Saliba ipprezenta l-ittra ta’ riżenja mill-kariga ta’ Sindku fl-4 ta’ Jannar pero xorta se jibqa’ membru tal-Kunsill f’din il-leġislatura. 

Ekonomija

Sport