Saturday, July 20, 2024

Il-Kunsill Malti għall-Arti jħabbar ftehim mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà

Aqra wkoll

Il-Kunsill Malti għall-Arti (KMA) bi pjaċir iħabbar kollaborazzjoni li se taraha taħdem mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà (CRPD) sabiex ikomplu jestendu l-viżjoni komuni tagħhom għas-setturi kulturali u kreattivi.

Iż-żewġ partijiet iffirmaw ftehim li jiddelinja miri strateġiċi fi ħdan il-qafas ta’ pjan ta’ azzjoni ddisinjat biex isaħħaħ inklużjoni, diversità, u aċċessibbiltà, barra li jiffaċilitaw riċerka, bini ta’ kapaċità, u implimentazzjoni, kif ukoll riżorsi f’konformità mal-prinċipji ewlenin ta’ Strateġija 2025, il-politika nazzjonali kulturali ta’ Malta u l-Istrateġija Nazzjonali ta’ Malta dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità 2021–2030.

Il-ftehim, li huwa validu għal tliet snin, huwa ddisinjat biex imantni u jimmassimizza l-kollaborazzjoni eżistenti bejn iż-żewġ partijiet permezz ta’ miżuri li jinfurmaw il-politika u li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ strateġija fi ħdan l-oqsma ewlenin diġà msemmija.

Il-ftehim jiffoka wkoll fuq il-konsolidazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ riċerka taż-żewġ partijiet, kif ukoll l-identifikazzjoni ta’ nuqqasijiet u sfidi, inkluż riżorsi blukkati, perċezzjonijiet, mentalitajiet, u raġunijiet kulturali li kapaċi jxekklu aktar riċerka u kollaborazzjoni, filwaqt li jindirizzaw riċerka u analiżi potenzjali attwali li għadha mhux sfruttata sabiex din tkompli tespandi l-esplorazzjoni tar-rabtiet bejn l-inklużjoni u l-aċċessibbiltà u s-servizzi kulturali kreattivi.

Il-KMA u s-CRPD se jibda jkollhom ukoll sessjonijiet regolari tal-bini tal-kapaċità sabiex jippromwovu fehim u għarfien aktar profond tal-għanijiet li qed jiġu indirizzati. Finalment, se jkun hemm fok ukoll fuq l-identifikazzjonijiet ta’ nuqqasijiet u prijoritajiet fl-indirizzar tal-mobilizzazzjoni ta’ riżorsi eżistenti u potenzjali sabiex dawn jibdew jintużaw biex jiġu mwettqa l-għanijiet fissi, barra minn kollaborazzjoni fuq it-tfassil ta’ pjan għat-tul sabiex jiġu kkonfrontati l-kwistjonijiet taħt diskussjoni.

Id-Direttur għall-Fondi u Strateġija Mary Anne Cauchi nnotat li l-KMA huwa totalment kommess biex ikompli jrawwem sinerġiji transsettorjali li jirrikonoxxu l-arti u l-kultura bħala essenzjali għall-benesseri ta’ kulħadd.

“Il-Kunsill Malti għall-Arti jagħti prijorità għall-iffaċilitar ta’ kollaborazzjonijiet aktar b’saħħithom ma’ organizzazzjonijiet oħra bil-għan li jisfrutta l-potenzjal sħiħ tal-ekoloġija diversa tal-espressjonijiet kulturali f’Malta, f’konformità mal-politika nazzjonali kulturali tagħna. Dan jirrifletti tliet temiet ewlenin tal-istrateġija tagħna—Isma’, Oħloq, Imraħ—li jgħinu liċ-ċittadini kollha biex jipparteċipaw f’diversi forom ta’ espressjoni kulturali b’mod ekwitabbli. L-Istrateġija 2025 hija bbażata fuq it-twemmin li l-ekwità soċjali, id-diversità, u l-inklussività huma fundamentali għal ekoloġija kulturali u kreattivi aktar rikka u ġusta, u huwa dan it-twemmin li jifforma s-sinsla ta’ inizjattivi bħal dik tal-lum”, qalet Cauchi.

“L-Artikolu 30 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabblità jordna aċċess ugwali għall-arti u l-kultura għal persuni b’diżabbiltà, inklużi teatri, mużewijiet, u ċinema, u l-opportunità li jiżviluppaw l-identitajiet artistiċi tagħhom. L-inklużjoni sħiħa fl-attivitajiet kulturali hija kruċjali għall-inklużjoni tas-soċjetà. Il-Kummissjoni se taħdem mal-Kunsill Malti għall-Arti, biex tidentifika titjib, twettaq riċerka, u tirrakkomanda modi kif tiżgura l-parteċipazzjoni ta’ persuni b’diżabilità fil-ħajja kulturali ta’ Malta,” stqarret Rhoda Garland, il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà.

Il-ftehim jifforma parti minn sett ta’ inizjattivi aktar wiesa’ li jerġgħu jikkonfermaw l-irwol vitali tal-KMA fl-investiment, il-promozzjoni, u s-sostenn, filwaqt li jsaħħaħ u jiffaċilita l-parteċipazzjoni f’ekonomija sostenibbli kreattiva.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport