Thursday, July 11, 2024

Sentejn u sitt xhur ħabs talli nstab ħati li sawwat lill-eks tfajla

Aqra wkoll

Raġel ta’ 31 sena minn Ħal Qormi ġie kkundannat sentejn u sitt xhur ħabs, wara li tressaq il-Qorti mixli li sawwat l-eks tfajla tiegħu wara li din irrifjutat milli tidħol f’daru sakemm ilesti biex joħorġu u minflok qagħdet fil-karozza.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Joanna Piscopo spjegat kif l-każ imur lura għal April tal-2022, fejn allegatament l-imputat Liam Spiteri kkaġuna ġrieħi gravi lill-eks tfajla, li heddidha u li kiser sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati.

Fix-xhieda tagħha, il-vittma spjegat li l-imputat ried joħroġ iżda li hi ma xtaqitx minħabba li l-għada kienet xogħol. Qalet kif hi ftehmet miegħu biex joħorġu ftit u li qagħdet tistennieh fil-karozza għax ma sabitx fejn tipparkja.

Xehdet kif ħariġha mill-karozza, li qabadha minn xagħarha u li skontha beda jtiha bil-ponn qisu miġnun. Qalet ukoll li beda jkisser l-għamara u jagħtiha fuq rasha bil-ponn u li sakkarha ġewwa.

Fix-xhieda tagħha, il-vittma kompliet tispjega li l-każ dam madwar sitt sigħat u li meta rnexxielha tieħu iċ-ċwievet mingħand l-imputat, dan avżaha sabiex ma tagħmel kuntatt ma l-ebda Pulizija.

Fl-istqarrija li ta lill-Pulizija, Spiteri ammetta għall-akkużi kollha miġjuba kontrih, fejn sosta li hu beda jati lill-vittma minħabba li skontu din allegatament bdiet tħebb għalih b’imqass.

Wara li semgħet is-sottomissjonijie, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello emmnet il-verżjoni tat-tfajla u rrimarkat li l-Qorti kienet fid-dmir li tipproteġi lill-vittmi ta’ vjolenza.

Minbarra l-piena ta’ ħabs, inħarġet ordni ta’ trażżin għal tlett snin biex tipproteġi lit-tfajla. Spiteri ġie ordnat ukoll sabiex jibda jsegwi trattament psikoloġiku għal sentejn biex jifhem li l-vjolenza domestika mhux aċċettabbli.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport