Il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Istitut għall-Arti Kreattiva tal-MCAST iffirmaw ftehim ta’ kollaborazzjoni li jsaħħaħ ir-relazzjoni ta’ ħidma eżistenti bejn iż-żewġ entitajiet, filwaqt li joħloq qafas aktar ċar għal kollaborazzjoni fl-arti, fil-kultura, u fl-industriji kreattivi.
F’konformità mal-Istrateġija 2030, il-ftehim il-ġdid jirrikonoxxi r-rwol li kollaborazzjoni strutturata jista’ jkollha fl-iżvilupp tal-arti f’Malta. Kollaborazzjonijiet bħal dawn huma mistennija jżidu l-parteċipazzjoni fil-kultura, filwaqt li jappoġġjaw aktar professjonalizzazzjoni fis-settur u jħeġġu involviment aktar b’saħħtu tal-istudenti fil-programmi u l-inizjattivi talKunsill Malti għall-Arti.
L-iffirmar sar fil-kuntest tal-10 edizzjoni tal-MCAST ICA Festival, li jiċċelebra x-xogħol ta’ studenti minn 12-il kors tal-Baċellerat bl-Unuri fl-Arti. Permezz ta’ dan il-ftehim, il-Kunsill Malti għall-Arti se jappoġġja l-MCAST ICA Festival billi jikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-produzzjoni u għar-remunerazzjoni ta’ kuratur professjonali. Il-kuratur se jħarreġ lill-istudenti fil-professjoni kuratorjali, filwaqt li jieħu r-rwol ta’ kuratur talwirja. B’hekk l-istudenti ser jirċievu kuntatti dirett u prattiku ma’ din il-professjoni.
Dan il-ftehim isaħħaħ ir-rabta prattika bejn l-edukazzjoni u s-settur kulturali professjonali, u jagħti wkoll l-istudenti viżibbiltà aħjar tal-opportunitajiet disponibbli lil hinn mill-kors ta’ studju tagħhom. Jippermetti wkoll liż-żewġ istituzzjonijiet iwieġbu aktar mill-qrib għall-ħtiġijiet talartisti, il-ħaddiema kulturali, l-edukaturi, u l-professjonisti kreattivi emerġenti.
Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti, Dr Luke Dalli, qal, “Il-Kunsill Malti għall-Arti jemmen li l-investiment fl-edukazzjoni artistika u kreattiva huwa investiment dirett fil-futur tassettur kulturali tagħna. Permezz ta’ kollaborazzjonijiet bħal din mal-MCAST, qed ngħinu biex l-istudenti u l-edukaturi jkollhom aċċess għal għodod, esperjenzi u opportunitajiet li jsaħħu liżvilupp professjonali tagħhom. Dan huwa pass importanti fil-ħidma tagħna biex inkomplu nippromwovu professjonalizzazzjoni akbar tas-settur u nappoġġjaw il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ artisti u kreattivi Maltin.”
Il-Prinċipal tal-MCAST, Steven Vella, qal: “Dan il-ftehim jgħinna nsaħħu r-rabta bejn ledukazzjoni kreattiva u s-settur professjonali li l-istudenti tagħna qed jitħejjew biex jidħlu fih. L-MCAST ICA Festival diġà jagħti lill-istudenti pjattaforma pubblika biex jippreżentaw ilkwalità u l-ambizzjoni tax-xogħol tagħhom. Din il-kollaborazzjoni msaħħa żżid dimensjoni oħra ma’ din l-esperjenza, billi tagħti lill-istudenti aċċess għal gwida kuratorjali u kuntatt aktar mill-qrib mas-settur professjonali.”
Għal aktar informazzjoni fuq ix-xogħol tal-Kunsill żur https://artscouncilmalta.gov.mt.
