Monday, May 13, 2024

Il-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar jieħu azzjoni dwar l-iskart…

Aqra wkoll

Wara li aktar kmieni dalgħodu rrapportajna dwar skart li kien hemm mormi f’Buġibba, jidher li l-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar ħa azzjoni u mar jiġbor l-iskart sal-inqas naqra.

Madankollu, il-kunsillier Chris Vella Petroni ġibed l-attenzjoni li mhuwiex xogħol il-ħaddiema tal-kunsill li jiġbru l-iskart ta’ dawk in-nies li m’għandhomx rispett lejn ħaddieħor.

Semma li llum hemm is-servizz tal-bulky refuse, fejn il-kunsill jibgħat joffri dan is-servizz b’xejn.

Intant, Vella Petroni qal li hu se jkompli l-ġlieda kontra dawn in-nies li jarmu ż-żibel bl-addoċċ. Qal li xeba’ sena wara l-oħra, dejjem tkompli l-istess problema. Saħaq li hemm bżonn li jsir inforzar bis-serjetà, illum qabel għada, u qal li jekk dan mhux se jsir, hu se jkun qed idur lejn ir-residenti biex jagħtuh l-appoġġ u jsemmgħu leħinhom bħala lokalità.

Il-kunsillier qal li hemm ħafna residenti mdejqin bis-sitwazzjoni.

Sport