Saturday, December 21, 2024

Il-Kurċifiss kapolavur ta’ Pietru Pawl Azzopardi mill-ġdid fil-Bażilika San Ġorġ wara restawr

Aqra wkoll

Is-Sibt filgħaxija, waqt it-8 jum tan-novena bi tħejjija għal festa ta’ San Ġorġ fir-Rabat Għawdex, inkixef u tbierek il-kurċifiss mill-Arċipriet Mons. Joseph Curmi li għal dawn l-aħħar ġimgħat kien qiegħed jiġi restawrat minn Dun Charles Vella.

Miżmum b’għożża f’din il-parroċċa dan il-kurċifiss li hu parti mill-vara l-kbira din is-sena għalaq 175 sena minn meta tnaqqax mill-artist.

F’dan il-kurċifiss, Ġesù jidher b’għajnejh imbexxqa, fl-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu. Il-ħarsa tiegħu hi waħda devota u għalhekk bilfors tiġbed lejha l-qima ta’ bosta. Ikkonsidrat bħala l-kapolavur ta’ Pietru Pawl Azzopardi, li għaxar snin qabel l-istess skultur kien ħadem l-istatwa titulari ta’ San Ġorġ għall-istess parroċċa.

Dan il-kurċifiss se jerġa’ jkun għal qima ta’ dawk kollha li jżuru l-Bażilika San Ġorġ fiċ-ċentru tar-Rabat Għawdex.

Ekonomija

Sport