Sunday, December 22, 2024

Il-kurċifiss … l-espressjoni artistika ta’ refuġjat Afrikan

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min jaf x’kien qed jaħseb? Min jaf x’kien għaddej minn moħħu? Min jaf x’kien qed iħoss? Dawn huma d-domandi li jiġu f’moħħok meta tara dan il-kurċifiss. L-għajnejn magħluqin. Figura umana sempliċi imma turik tbatija bla qies. Dan hu kurċifiss li inħadem minn refuġjat Afrikan. Refuġjat li bħal oħrajn minn sħabu li waslu fuq l-art jista’ jħossu fortunat li wasal fuq l-art. Ħafna oħrajn sabu qabarhom fil-baħar Mediterran. Oħrajn fid-deżert tas-Saħara. Oħrajn tilfu ħajjithom fil-Libja jew f’pajjiżi oħra fl-Afrika ta’ Fuq.

Kurċifiss li fih tara it-tbatija tal-immigrant. Is-sofferenza tar-refuġjati. Figura li fiha tara l-indifferenza li jiffaċċjaw dawn il-persuni. L-isfruttament. It-tensjoni. Id-detenzjoni. Hi figura li fiha tara l-indifferenza lejn is-sejħiet ta’ għajnuna. Figura umana li turik il-kruha tar-razziżmu. Li għax differenti m’għandekx valur. Figura li turik is-solitudni – waħdek fit-tbatija wara li ħallejt kollox warajk.

Dawn kienu l-ħsibibijiet f’moħħ dan ir-refuġjat li wettaq dan il-kurċifiss, li aktar ma tħares lejh aktar tara l-espressjoni artistiska tiegħu. Ma’ tarax il-wiċċ ta’ Kristu li imdorrijin naraw bid-demm, xewk jew bil-ġrieħi. Xejn minn dan. Tara espressjoni ta’ rassenjazzjoni. Ta’ xi ħadd li għejja. Li donnu qata qalbu.

Dan Kristu Msallab imnaqqax minn żagħżugħ Afrikan kien mogħti biex jinġabar ma’ xogħlijiet oħra li wieħed jara fil-Laboratorju tal-Paċi.

Fr Dijonismu Mintoff f’kumment lil L-ORIZZONT, qalilna li “fil-Laboratorju tal-Paċi, hu l-post li jisiru ċ-ċerimonji marbuta mal-Ġimgħa Imqaddsa nhar il-Ħamis ix-Xirka fis-6pm, nhar il-Ġimgħa fit-3pm, Sibt il-Għid fis-6.00pm u nhar l-Għid il-Kbir fl-4pm. Kulħadd hu mistieden biex jieħu sehem. Il-kurċifiss wieħed jista’ jara fil-Laboratorju tal-Paċi”.

Fr Dijonisju Mintoff jgħaddi ukoll poezija ta’ Rużar Briffa li ma dehret fl-ebda kotba tiegħu. Jgħidilna li irbatt mill-qrib il-ġrajja tal-Passjoni mall-ġrajja umana moderna.”

  1. KRISTU
    Kristu, bħal bniedem,
    niżel fuq l-art,
    twieled f’maxtura,
    reżaħ bil-bard;

ħafen iċ-ċena,
għabba spallejh;
qala’ kull ħbejża
b’ħidmet idejh;

għallem lill-kotra,
għen ‘l-ghajjenin,
fejjaq lill-morda,
ħabb il-fqajrin;

għannaq salibu
u ma ċahdux…
‘mma llum il-bniedem
Jgħid “ma nafux”.

Ekonomija

Sport