Monday, December 9, 2024

Il-Kurunell Mark Mallia jinħatar Kap Eżekuttiv ta’ TM

Aqra wkoll

Il-Kurunell Mark Mallia għadu kemm ġie maħtur bħala l-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta b’effett immedjat. Dan wara li Jonathan Borg ta r-riżenja tiegħu li ġiet milqugħa mill-Ministru tat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett.

Il-Ministru Chris Bonett rringrazzja lil Jonathan Borg għax-xogħol li wettaq fiż-żmien tiegħu bħala Kap tal-Awtorità filwaqt li awgura lil Kurunell Mallia għall-irwol il-ġdid tiegħu. 

Il-Kurunell Mark Mallia hu gradwat mill-Università ta’ Malta fil-Liġi u fil-Business Management, u ġej minn karriera twila fil-Forzi Armati ta’ Malta fejn okkupa diversi pożizzjonijiet prominenti ta’ responsabbiltà. Matul is-snin huwa kkoordina wkoll diversi kampanji filantropiċi nazzjonali bħal L-Istrina u Special Olympics Invitational Games Malta 2022, u serva bħala Kmandant tal-Assoċjazzjoni San Ġwann, Malta bejn l-2014 u l-2023.

F’dawn l-aħħar snin, Mark Mallia okkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv ta’ Identità fejn mexxa diversi inizjattivi u kien strumentali f’diversi bidliet importanti.

Ekonomija

Sport