F’Ħal Kirkop, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, Roderick Galdes, inawgura binja oħra ta’ akkomodazzjoni soċjali li se jibbenefikaw minnha 19-il familja. Dan il-proġett sar b’investiment ta’ aktar minn €2.6 miljun.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2024/02/DSC_0041.jpg)
Il-Ministru Roderick Galdes semma li dan il-proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali, imsemmi għal Joe ‘Peppinu’ Cassar, issa qed jingħaqad mal-kumplament tal-binjiet li fl-aħħar snin fetħu l-bibien tagħhom għall-familji l-iktar fil-bżonn.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2024/02/DSC_0048.jpg)
“Fl-aħħar sentejn ftaħna aktar minn 160 appartament ta’ akkomodazzjoni soċjali, f’sitt lokalitajiet differenti. Dawn il-binjiet ifissru li mijiet ta’ persuni ingħataw l-opportunità li jibdew il-futur tagħhom taħt saqaf diċenti u dinjituż, minkejja ċ-ċirkostanzi,” sostna l-Ministru Galdes.
Il-Ministru Galdes temm jgħid li l-gvern impenjat li jkompli jwettaq aktar proġetti ta’ akkomodazzjoni soċjali li jmorru id f’id man-numru ta’ skemi li fl-aħħar snin l-Awtorità tad-Djar nediet u kompliet issaħħaħ.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2024/02/DSC_0066-914x1024.jpg)