Saturday, May 18, 2024

Il-kwadru tal-finalisti tat-Tazza tad-Dinja 2022 huwa komplet

Aqra wkoll

Il-kwadru tat-32 finalisti tat-Tazza tad-Dinja 2022, li se tintlagħab fil-Qatar f’Novembru li ġej,  issa huma komplet meta fil-finali tal-play-offs  l-Awstralja u Costa Rica għelbu lil Perú u lil New Zealand rispettivament.

L-Awstralja ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-4 bl- għoti tal-penalties wara li temmew fi draw ta’ mingħajr goals bil-protagonista jkun il-goalkeeper ta’ ri­serva, Andrew Redmayne, li salva l-aħħar penalty mogħ­ti minn Alex Valera. Din kienet il-ħames darba nfila li l-Awstraljani għaddew għall-fażi finali.

Costa Rica, għelbu lil New Zealand 1-0 bl-uniku goal jasal minn Joel Campbell wara biss tliet minuti. New Zealand kellhom lil Kosta Barbarouses (67) għal karta ħamra diretta.

Sport