Saturday, November 23, 2024

Il-kwarantina salvatilha ħajjitha… letteralment

Aqra wkoll

Uffiiċjal tas-Saħħa Ambjentali lbieraħ marret tiċċekkja lil anzjana li kienet qiegħda fi kwarantina f’darha minħabba li kien qiegħed isir contact tracing dwar każ pożittiv tal-COVID-19. L-uffiċjal marret tfittex lill-anzjana, wara li din naqset milli tirrispondi għal telefonati li sarulha mit-tim tas-saħħa pubblika. 

Meta marret iżżurha, l-anzjana ma fetħitilhiex u għalhekk l-uffiċjal ċemplet lis-superjuri tagħha li mbagħad ikkuntattjaw lill-Pulizija u lill-Protezzjoni Ċivili. 

Permezz ta’ azzjoni konġunta, il-persuna anzjana nstabet mitlufa minn sensiha f’darha u setgħet tiġi salvata. Issejħet ambulanza li mbagħad tatha l-kura. 

Kieku din l-uffiċjal tas-Saħħa Ambjentali ma marritx tfittex lill-anzjana, kieku l-kundizzjoni tal-anzjana setgħet marret għall-agħar. 

Kienet l-Assoċjazzjoni tal-Uffiċjali tas-Saħħa Ambjentali li tellgħu din l-aħbar fuq il-midja soċjali.

Sport