Tuesday, April 30, 2024

“Il-laqam li tajtni meta kont ċkejken se nżommu għal dejjem”

Aqra wkoll

Wieħed mid-dilettanti li trabba flimkien ma’ Pawlu Curmi ddeskrivieh bħala bħala n-nannu minħabba snin sħaħ li qatta’ miegħu. Imlaqqam bħala Kelinu mill-istess Curmi, ir-raġel fakkar fir-relazzjoni tajba li kienet teżisti bejnu u bejn missieru tant li meta dan tal-aħħar kien imur xogħol fuq barra, Curmi kien joffri li jieħu ħsiebhom.

Huwa sellem il-memorja ta’ Curmi u wegħdu li l-laqam li tah hu meta kien żgħir kien u għadu u se jibqa’ jġorru miegħu għal ħajtu kollha. Rigward il-passjoni tiegħu għall-karnival, Kelinu qal li kien wisq għażiż għalih dak iż-żmien u li bit-tagħlim tiegħu lil ħafna nies ħareġ riżultat u frott ta’ karnival artistiku wieħed aqwa mill-ieħor matul is-snin. 

“Pawl b’għajnejja kollha dmugħ qiegħed nikteb dan il-kliem, grazzi ta’ kemm kont ta’ għajnuna għalija. Mhu se ninsik qatt. Sellili għal missieri Pawl, inħobbok”, tenna jgħid Kelinu.

Sport