Sunday, December 22, 2024

Il-Lega Serie A tafferma mill-ġdid ir-rifjut tal-proġett tal-ESL

Aqra wkoll

Il-president tal-Lega Serie A, Luigi De Sier­vo, din il-ġimgħa ltaqa’ mal-kap eże­kuttiv ta’ A22 u tenna “li aħna kontra l-proġett tas-Super League.”

Għalkemm kulħadd ħlief Barcelona u Real Madrid issa abbanduna l-pjan oriġinali, l-idea tas-Super League tibqa’ għaddejja permezz tal-kumpanija A22 u l-kap eżekuttiv tagħhom, Bernd Reichart.

Kien Reichart li nhar l-Erbgħa ltaqa’ ma’ De Siervo, biex jippreżenta l-pjani għall-kampjonat mifrud b’dehra ġdida li jkun rivali għall-UEFA Champions League.

Madanakollu, ma deherx li għamel ħafna taħsir fil-pożizzjoni li diġà ħa l-football Taljan.

Il-laqgħa kienet mitluba minn A22, iżda De Siervo fi stqarrija nnota li “aħna allinjati mal-kampjonati l-kbar tal-football Ewropew.

“Fil-laqgħa jiena affermajt li aħna kontra l-proġett tas-Super League, konsistenti mad-diversi dikjarazzjonijiet dwar il-kwistjoni fl-2019, 2021 u 2023.”

Juventus kienu wieħed mill-clubs fundaturi wara dan il-pjan u baqgħu sodi warajh sas-sena li għaddiet, meta tneħħa l-president Andrea Agnelli u l-bord tad-diretturi kollu.

Il-kapijiet il-ġodda, taħt il-gwida tal-werriet tal-familja Agnelli, John Elkann, irtiraw mis-Super League u ppruvaw jerġgħu jid­ħlu fil-grazzji tal-UEFA.

Ekonomija

Sport