Wednesday, December 25, 2024

Il-leġġendarju Gary Pallister jitkellem dwar id-dimensja

Aqra wkoll

Ritratt: Manchester Evening News

L-eks difensur ta’ Manchester United u Middlesbrough,  Gary Pallister, tkellem dwar it-tħassib tiegħu dwar id-dimensja wara li stqarr li mindu temm il-karriera tiegħu, beda jbati minn uġiegħ ta’ ras qawwija. 

Pallister, li għandu 56 sena, temm il-karriera tiegħu fl-2001 fejn sostna li kien waqaf jilgħab qabditu migranja qawwija. 

Il-kummenti tiegħu waslu fi żmien meta l-logħba hija taħt skrutinju minħabba li bosta players antiki qed ibatu minn dimensja. 

Qed issir aktar u aktar riċerka dwar is-suġġett tas-saħħa tal-plejers milquta mill-intestatura konsistenti tal-blalen. Ir-riċerka mill-ispeċjalista tal-injuries tal-moħħ, il-Professur Willie Stewart, sabet li l-plejers tal-futbol professjonali kienu tliet darbiet u nofs aktar probabbli li jmutu b’mard newro-deġenerattiv minn membri tal-popolazzjoni ġenerali mqabbla mal-età.

Pallister qal: “Probabbilment jien kont wieħed minn dawk li kont indaħħal rasi fir-ramel …

“Nispera li jien mhux wieħed minnhom. Iżda l-fatt li pożizzjoni tiegħi kienet tirrikjedi li nagħti l-ballun bir-ras … teżisti l-biżgħa li nista’ nkun suxxettibbli.”

Ekonomija

Sport