Friday, May 3, 2024

17-il każ ġdid ta’ Covid-19 u mfejqa seba’ persuni

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa irriżultaw 17-il każ ġdid tal-Covid-19 filwaqt li kien hemm seba’ persuni oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 280.

It-total ta’ mwiet minħabba l-Covid-19 baqa’ ta’ 459 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt. 

Bħalissa fl-Isptar Mater Dei hemm seba’ persuni rikoverati minħabba l-Covid-19, b’persuna minnhom tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU). 

Sal-bieraħ filgħaxija kienu ngħataw 842,643 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 25,937 kienu dożi tal-booster.

Sport